Ikseb Għajnuna
Ikseb Għajnuna
Irrapporta Abbuż
Agħlaq it-Tab

Nathalie Attard Bishop

Direttur tal-Marketing u l-Komunikazzjoni

Is-Sinjura Nathalie Attard Bishop hija d-Direttur tal-Marketing u l-Komunikazzjoni fi ħdan l-FSWS. Bdiet taħdem mal-Fondazzjoni f’Ġunju tas-sena 2014. Minn dipartiment ta’ tliet persuni, s-Sinjura Attard Bishop estendiet id-dipartiment biex illum tmexxi tim ta’ ħames gradwati.

Taħt it-tmexxija tagħha, l-Fondazzjoni ngħatat dehra korporattiva aktar professjonali, fejn irnexxielha tilħaq livell li qatt ma kienet laħqet qabel. Fost dawn kien hemm it-twettiq tal-websajt il-ġdida, rapport annwali mfassal professjonalment internament, il-produzzjoni ta’ bosta vidjows, konferenzi u avvenimenti organizzati f’livell għoli ħafna u ż-żieda tal-preżenza tal-professjonisti tal-fondazzjoni fuq diversi stazzjonijiet tat-televiżjoni u tar-radju.

Is-Sinjura Attard Bishop iggradwat fil-ġurnaliżmu mill-Università ta’ Malta u bħalissa qed tagħmel il-Masters fix-Xjenza fl-Immaniġjar u l-Marketing.​

FSWS
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.