Ikseb Għajnuna
Ikseb Għajnuna
Irrapporta Abbuż
Agħlaq it-Tab

Stephen C Vella

Direttur Servizzi Korporattivi

Stephen C Vella BA (Hons), MA, Dip Forensic Studies.

Direttur Servizzi Korporattivi Stephen Vella li fi ħdan il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali, ‘il fuq minn 30 sena ta’ esperjenza fil-kamp soċjali. Okkupa diversi pozizzjonijiet manigerjali f’oqsma varji relatati ma’ dan il-qasam, inkluz dak residenzjali. Wettaq l-istudji Universitarji tieghu fl-Irlanda, kiseb Masters fl-Italija u kompa l-istudji tieghu fl-Universita’ ta’ Malta. Imharreġ fil-qasam tas-saħħa u s-sigurta’, fil-proċeduri tat-‘tendering’, u immaniġjar ta’ proġetti. Huwa fassal u mexxa diversi proġetti ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropeja, fosthom fil-qasam tal-immigranti (Integration of Asylum Seekers – PASSI), mexxa proġett fuq tahriġ għall-haddiema soċjali li jassistu nies vulnerabbli, taħriġ liż-zghażagħ sabiex isibu impjieġ (Embark for life), u taħriġ lil persuni b’dizabilita’ sabiex jintegraw ruhhom fil-qasam tax-xogħol (Me2), kif ukoll il-proġett LEAP f’diversi lokalitajiet f’Malta u f’Ghawdex. Attwalment is-Sur Vella jikkoordina ukoll fuq bazi nazzjonali, zewg skemi ta’ tqassim ta’ ikel: li huma l-FEAD u l-SFFD fejn flimkien jilħqu ‘l fuq minn 24,000 familja Maltija.

FSWS
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.