Ikseb Għajnuna
Ikseb Għajnuna
Irrapporta Abbuż
Agħlaq it-Tab

Id-Dipartiment tal-Marketing u l-Komunikazzjoni (MCD) huwa responsabbli biex iqajjem għarfien dwar is-servizzi kollha offruti mill-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali.

L-għan tad-dipartiment huwa li jiżgura li l-pubbliku jkun infurmat sew dwar is-servizzi offruti mill-FSWS sabiex dawk fil-bżonn jew vulnerabbli jkunu jistgħu jfittxu l-għajnuna meħtieġa. Dan jinkiseb permezz ta’ diversi mezzi; MCD jaħdem mill-qrib mal-aġenziji u direttorati biex jiżviluppa u jimplimenta kampanji ta’ għarfien; id-dipartiment jiżgura wkoll li l-Fondazzjoni jkollha diversi interventi fuq il-midja fuq programmi tat-televiżjoni u tar-radju biex tilħaq l-akbar udjenza possibbli.

Id-Dipartiment iżomm kuntatt dirett mal-pubbliku anke permezz tal-midja soċjali, fejn persuni li jitolbu għajnuna permezz fuq dawn il-pjattaformi jingħataw l-għajnuna meħtieġa.

L-attivitajiet kollha li jiġu organizzati mill-FSWS, fosthom avvenimenti tal-midja, konferenzi, seminars u attivitajiet oħrajn li għandhom l-għan li jressqu lill-Fondazzjoni eqreb lejn il-pubbliku, huma wkoll responsabilità tal-MCD. Dan id-Dipartiment huwa responsabbli wkoll biex iħejji u jippjana aspetti loġistiċi kollha meħtieġa għal dan l-attivitajiet.

Dan id-Dipartiment huwa wkoll responsabbli mill-pubblikazzjonijiet kollha fosthom ir-rapport annwali kif ukoll kull tip ta’ xogħol ta’ disinn u stampar ta’ materjal għall-aġenziji kollha.

Barra minhekk, dan id-Dipartiment għandu kuntatt kontinwu ma’ għadd kbir ta’ produtturi ta’ programmi kemm tat-televiżjoni u r-radju fejn kważi ta’ kuljum, il-Fondazzjoni jkollu rappreżentanza fuqhom.

FSWS
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.