Ikseb Għajnuna
Ikseb Għajnuna
Irrapporta Abbuż
Agħlaq it-Tab

Kuntatt inizjali

Jekk qed tikkunsidra li ssir foster carer, ibda billi tiffamiljarizza ruħek mas-Servizz Nazzjonali tal-Fostering fi ħdan id-Direttorat tat-Tfal (Kura Alternattiva). Għamel kuntatt mat-Tim tal-Fostering billi:

  • iċċempel fuq 22959000​ jew 1778

  • tibgħat messaġġ direttament lit-tim fuq il-Paġna ta' Facebook tagħhom; https://www.facebook.com/fosteringmalta/

  • https://www.facebook.com

  • żur l-uffiċċju li jinsab f'numru '36, Triq San Luqa, Gwardamangia, Pieta PTA 1318'

  • timtela formola elettronika tal-Fostering - Waqt il-kuntatt inizjali, timtela formola ta' Reġistrazzjoni ta' Interess flimkien mal-ħaddiem soċjali ewlieni li miegħu jiġi stabbilit l-ewwel kuntatt. Imbagħad il-ħaddiem soċjali tiegħek se jkun qed jagħmel appuntament miegħek sabiex tkun tista' tipproċedi għall-pass li jmiss, li hija l-Home Visi

Żjara inizjali

L-għan ta' din iż-żjara hija prinċipalment biex tgħin lill-applikant isir aktar familjari mal-kunċett ta' fostering. Hija wkoll l-ewwel parti tal-proċess ta' assessjar li wieħed irid jgħaddi minnu qabel isir foster carer.

Ħaddiem soċjali b'esperjenza jirrispondi l-mistoqsijiet kollha li jista' jkollok dwar l-esperjenza ta' foster carer. Bl-istess mod, il-ħaddiem soċjali jibda jsir jaf lill-familja tiegħek fejn jibda jistaqsi bosta mistoqsijiet dwar kif ġietek il-ħajra biex issir foster carer.

L-applikanti flimkien mal-membri kollha tad-dar se jintalbu jippreżentaw il-Fedina Penali fi żmien ġimgħa wara l-ewwel żjara u kopja tal-Karta tal-Identità. Il-ħaddiem soċjali se jkunu qed jagħmlu wkoll il-verifiki meħtieġa mar-Reġistru tal-Ħarsien tal-Minuri (Sex Offenders), permezz tal-Qorti. Barra minn hekk, matul din iż-żjara l-ħaddiem soċjali jkun qed jiċċekkja l-kriterji tal-eliġibilta biex wieħed isir Foster carer, li jinkludu sett ta' mistoqsijiet sabiex tinkiseb ħarsa ġenerali aħjar tal-applikanti.

L-applikanti jintalbu jiffirmaw il-kunsens tagħhom li jorbothom jipprovdu d-dokumentazzjoni meħtieġa.

Ladarba jiġu sottomessi d-dokumenti neċessarji, huma jistgħu jipproċedu għall-pass li jmiss, li huwa t-taħriġ ta' qabel is-servizz.

Taħriġ qabel is-servizz

Meta ssir iż-żjara inizjali fid-dar u jiġu pprovduti d-dokumenti neċessarji, l-foster carers prospettivi huma mistiedna jattendu għas-sessjonijiet ta' taħriġ rilevanti:

Taħriġ għan-Next-of-Kin Foster Carers

JEW

Taħriġ għal Foster Carers Prospettivi Mhux Relatati

Huwa essenzjali li tattendi s-sessjonijiet kollha jekk possibbli, peress li t-taħriġ għandu l-għan li jagħtik ħarsa fil-fond tal-proċess kollu tal-fostering.

Valutazzjoni - Formoli ta' Kunsens

Aħna bħala ħaddiema soċjali flimkien miegħek bħala applikanti għandna niffirmaw formola ta' kunsens li torbotna b'kunfidenzjalità.

Valutazzjoni - Referenzi bil-Miktub

Aħna ser nibagħtu ittra bil-mistoqsijiet biex nimlew dawn li ġejjin:

  • Min iħaddem tal-applikanti – rigward l-impenn u l-kondotta tiegħek fuq ix-xogħol.

  • Tabib tal-familja GP – Rigward kwalunkwe kundizzjoni tas-saħħa.

  • Skola tat-tfal bijoloġiċi tal-applikant (jekk applikabbli) – rigward l-impenn u l-parteċipazzjoni tiegħek.

Valutazzjoni - Dokumenti

Minbarra d-dokumenti pprovduti matul iż-żjarat inizjali tagħna, ġentilment nitolbuk ukoll tipprovdi dan li ġej:

  • Ċertifikat tat-twelid tal-applikanti

  • Ċertifikat taż-Żwieġ/Separazzjoni/Divorzju

  • /Annullament (jekk applikabbli)

  • 2 Ritratti tal-passaport ta' kull applikant

  • Numru tal-passaport (mhux skadut)

  • Numru ta' l-NI ta' l-applikanti

  • L-FS3 tas-sena preċedenti taż-żewġ applikanti.

Valutazzjoni - Żewġ persuni ta' referenza

Neħtieġu wkoll li tagħżel 2 persuni li jafuk sew u li mhumiex relatati miegħek, sabiex inkunu nistgħu niltaqgħu magħhom sabiex jinfurmawna aktar dwarek. Ir-persuni magħżula m'għandhomx ikunu qraba, u l-koppji jitqiesu bħala waħda.

Żjarat fid-dar ta' valutazzjoni

Ħaddiem soċjali jew tnejn għandhom jiġu assenjati biex iwettqu l-valutazzjoni fuq medja ta' 6 sa 7 żjarat fid-dar li bihom jiġi diskuss numru ta' suġġetti miegħek biex insiru nafu aħjar lilek u lill-familja tiegħek. Il-ħaddiem soċjali se jkun qed jistaqsi numru ta' mistoqsijiet sabiex tinġieb stampa aħjar tiegħek dwar; il-fostering, it-trobbija tat-tfal, il-metodi tad-dixxiplina li tuża, l-idea tiegħek dwar il-kuntatt bejn it-tifel u l-familja bijoloġika u aspetti oħra

Home Study Report

Il-ħaddiema soċjali mbagħad jiġbru l-informazzjoni kollha li ġiet diskussa waqt l-istadju ta’ assessjar fl-Home Study Report, li mbagħad jintbagħat flimkien mad-dokumenti rispettivi lill-Bord tal-Fostering għal deċiżjoni finali dwar l-approvazzjoni

Approvazzjoni

Ladarba l-ħaddiem soċjali tal-Fostering jibgħat il-Home Study Report lill-Bord tal-Fostering, dan jiddeċiedi jekk intix eliġibbli adattat biex issir Foster Carer. Normalment, din id-deċiżjoni tittieħed taħt ir-rakkomandazzjoni tal-ħaddiem soċjali tal-fostering li jkun ħejja l-Home Study Report.

Fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol, il-bord tal-fostering għandu jinfurmak dwar id-deċiżjoni tiegħu jekk intix approvat jew le. Jekk ma taqbilx mad-deċiżjoni, tista' tappella din id-deċiżjoni meħuda mill-Bord tal-Fostering billi tippreżenta applikazzjoni quddiem il-Bord tal-Appell sa mhux aktar tard minn tmint ijiem ta' xogħol mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni.

Matching

Huwa żmien eċċitanti meta ġejt approvat biex issir foster carer peress li tkun pass qrib biex tgħin tifel jew tifla vulnerabbli. Fil-fatt, ladarba tkun ġejt approvat/a bħala foster carer, jista' jibda l-matching għal tifel jew tifla kif mitlub fl-applikazzjoni. Is-servizz ta' fostering għandu jagħtik l-informazzjoni meħtieġa dwar it-tifel/tifla li tista' tistaqsi kwalunkwe mistoqsija li għandek mal-ħaddiema soċjali.

Dan jista' jkun l-aħħar pass tiegħek għall-proċess ta' fostering, madankollu ħaddiema soċjali mit-tim tal-fostering se jibqgħu jagħtuk sapport bħala foster carer. Ħaddiema soċjali mit-tim tal-fostering, kif ukoll minn timijiet oħra bħas-servizzi tal-protezzjoni tat-tfal, u professjonisti oħra li jistgħu jkunu nvoluti, se jaħdmu id f'id biex jaraw l-aħjar interess tal-minuri li inti issa tkun l-foster carer tiegħu jew tagħha.