Ikseb Għajnuna
Ikseb Għajnuna
Irrapporta Abbuż
Agħlaq it-Tab

Is-Sur Anthony Agius Decelis

Is-Sur Anthony Agius Decelis, imwieled il-Pietà fl-1967. Huwa gradwat mill-Università ta’ Malta 
b’Honours in Youth and Community Studies in Informal Education. Kompla l-istudji tiegħu b’Post Graduate Diploma in Health Management u b’Master’s Degree in Gerontology & Geriatrics. Huwa miżżewweġ lil martu Josette, missier ta’ 3 t’ibniet, kif ukoll nannu. Minn t’età żgħira kellu interess lejn l-affarijiet kurrenti u okkupa diversi rwoli fil-politika. Kien elett bħala Membru Parlamentari fil-Parlament Malti fl-2008, fl-2013 u fl-2017. Okkupa l-kariga ta’ Kummissarju tas-Simplifikazzjoni u t-Tnaqqis tal-Burokrazija, kif ukoll ta’ Segretarju Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva. Illum, jokkupa l-kariga ta’ Ċermen mhux Eżekuttiv tal-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir.

FSWS
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.