Is-Sur Anthony Agius Decelis, imwieled il-Pietà fl-1967. Huwa gradwat mill-Università ta’ Malta b’Honours in Youth and Community Studies in Informal Education. Kompla l-istudji tiegħu b’Post Graduate Diploma in Health Management u b’Master’s Degree in Gerontology & Geriatrics. Huwa miżżewweġ lil martu Josette, missier ta’ 3 t’ibniet, kif ukoll nannu. Minn t’età żgħira kellu interess lejn l-affarijiet kurrenti u okkupa diversi rwoli fil-politika. Kien elett bħala Membru Parlamentari fil-Parlament Malti fl-2008, fl-2013 u fl-2017. Okkupa l-kariga ta’ Kummissarju tas-Simplifikazzjoni u t-Tnaqqis tal-Burokrazija, kif ukoll ta’ Segretarju Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva. Illum, jokkupa l-kariga ta’ Ċermen mhux Eżekuttiv tal-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir.


