Ikseb Għajnuna
Ikseb Għajnuna
Irrapporta Abbuż
Agħlaq it-Tab

Is-Sur George Borg

Is-Sur George Borg kellu karriera twila fl-edukazzjoni. Beda l-karriera tiegħu bħala għalliem fl-iskejjel primarji u fl-edukazzjoni speċjali. Is-Sur Borg okkupa diversi karigi u pożizzjonijiet fil-Ministeru tal-Edukazzjoni, minn kariga ta’ għalliem sa Direttur Ġenerali (Servizzi Edukattivi).

Matul il-karriera tiegħu, huwa kien membru ta’ diversi bordijiet uffiċjali kemm lokalment kif ukoll internazzjonalment. Bħalissa, is-Sur Borg huwa wkoll membru tal-Commonwealth Centre for Connected Learning (3CL) Foundation, Chairperson tal-Inter-Ministerial Inter-Professional Board for Disability Services (IIPBD), u membru tal-Independent Community Living Board. Is-Sur Borg ilu membru tal- Bord tal-FSWS mis- sena 2009.

Huwa għandu wkoll rwol konsultattiv għal Commissioner for the Rights of Persons with Disability fil-Ministeru GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR.

Fl-2003, is-Sur Borg irċieva l-Premju Ħaddiem tas-Sena għall-ħidma sinifikanti tiegħu fil-qasam tal-edukazzjoni ta’ studenti b’diżabilità.

FSWS
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.